Disgħa u sittin immigrant iddaħħlu Malta għall-ħabta tas-6 ta’ filgħaxija abbord il-patrol boat P51 f’Xatt it-Tiben, il-Furjana.
Dan wara li ġew salvati minn patrol boat tal-Forzi Armati madwar 120 mil nawtiku bogħod mill-gżejjer Maltin meta nstabu f’diffikultà abbord dgħajsa f’ibħra fl-Lbiċ ta’ Malta.
Preżenti fuq il-post hemm preżenza ta’ Pulizija, il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u t-timijiet mediċi tas-Saħħa Pubblika sabiex jassistu lill-immigranti.
Minkejja l-periklu li kienu jinsabu fih, jidher li d-69 immigranti nisa u rġiel, ġejjin mill-Marokk, Bangladexx u l-Eritrea, huma lkoll f’sikkithom. Il-proċess ta’ identifikazzjoni ssokta wara li dawn ittieħdu fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa.
Din il-wasla qegħda sseħħ fl-isfond li Malta għalqet il-portijiet tagħha sabiex Sea Watch 3, il-bastiment ta’ salvataġġ tal-immmigranti, jiżbarka b’madwar 30 immigrant li ġew salvati s-Sibt 22 ta’ Diċembru li għadda fl-ibħra bejn Malta u l-Libja. Huma ġew salvati minn fuq dinghy u tħallew bejn sema u ilma għal dawn l-aħħar 9 ijiem.
//= $special ?>