Ħadd ma weġġa f’nar fi kċina f’residenza privata f’Bormla.
Skont kelliema għall-Pulizija jidher li n-nirien bdew minn cooker.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12:45pm f’appartament li jinsab fi Triq l-Ajkla.
Fuq il-post marru membri tal-protezzjoni ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien filwaqt li ma kienx hemm bżonn assistenza medika.
//= $special ?>