Futbol Sport

Il-kumpanija ta’ Gerard Pique tixtri klabb tal-ħames diviżjoni Spanjola

Il-kumpanija li ħoloq id-difensur ta’ Barcelona Gerard Pique xtara lill-klabb FC Andorra. Il-grupp ta’ Pique Kosmos kellu l-offerta approva mill-membri tal-klabb ta’ FC Andorra s-Sibt, b’206 membri vvutaw favur filwaqt li kien hemm biss astensjoni.

Il-klabb twaqqaf fl-1942 u l-ogħla livell li lagħab kien fit-tielet diviżjoni Spanjol fis-snin 80 u 90, iżda issa qed jikkompetu kontra klabbs mill-Katalunja fil-ħames diviżjoni. Il-ġurnal Spanjol Marca rrapporta li Pique se jkun il-President tal-klabb, bl-eks plejers ta’ Barcelona Gabri u Albert Jorquera se jiffurmaw l-istaff tekniku.

Pique hu l-Kap Eżekuttiv u President tal-kumpanija, li riċentament ħadet il-kontroll tat-Tazza Davis tat-tennis. Il-kumpanija Kosmos se jinvestu ftit aktar minn €2.6 biljun fil-25  sena li ġejjin fil-kompetizzjoni antika 118-il sena.