Lokali

Il-Pulizija f’Ħal Luqa b’ħidma pjuttost …. partikolari!

Uffiċjali tal-Pulizija fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ f’Ħal Luqa kellhom ġurnata pjuttost differenti minn tas-soltu hekk kif spiċċaw jiġru madwar it-toroq jippruvaw jaqbdu numru ta’ ħnieżer li ħarbu lil sidhom minn razzett fl-inħawi.

Minkejja li tinstema’ pjuttost partikolari, il-ħidma tal-Pulizija kienet imfaħħra minn dawk preżenti għaliex evitaw li jinħoloq xi inċident tat-traffiku.

Dan hekk kif il-ħnieżer, diżorjentati u mbeżża’ mill-persuni madwarhom u mill-vetturi, bdew jiġru min-naħa għall-oħra bil-konsegwenza li setgħu faċilment ifixklu lis-sewwieqa.

Ritratt: Daniele Baraggioli