Internazzjonali

Investigat kumplott biex jinqatel il-President Kolombjan

Tliet irġiel qed jinżammu taħt arrest fil-Kolombja fuq suspett li kienu parti minn kumplott biex jinqatel il-President Kolombjan .

It-tlett irġiel huma ċittadini tal-Veneżwela u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Kolombjan Carlos Holmes Trujillo ħabbar li kien inkixef pjan kredibbli biex jinqatel Duque u li l-irġiel arrestati kellhom fil-pusses tagħhom “armi tal-gwerra”.

Il-Kolombja qed isservi ta’ kenn għal miljuni ta’ nies mill-Veneżwela li ħarbu minn paj-jiżhom minħabba l-kriżi politika li hemm. Duque, li kien elett f’Awwissu, ukoll spiss ikkritika lill-President tal-Veneżwela Nicolás Maduro, li hu jqis bħala dittatur. Maduro min-naħa tiegħu stqarr diversi drabi li l-Kolombja u l-Istati Uniti qed jikkonfoffaw biex ineħħuh mill-poter u saħansitra joqtluh.

Trujillo fl-istqarrija televiżiva li għamel kien kawt ħafna fi kliemu u rringrazzja dak li ddeskriva bħala servizzi sigrieti barranin għall-protezzjoni ta’ Duque.