Lokali

Operazzjoni delikata wara theddida ta’ bomba fil-Marsa

L-EOD u l-Pulizija fuq il-post biex jitħarrġu

Għall-ħabta tas-7.15 tal-Ħadd filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’theddida ta’ bomba fi Triq it-Trinità Qaddisa, il-Marsa, wara li xi ħadd ra xi ħaġa suspettuża taħt karozza.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u suldati mill-Explosive Ordnance Disposal Unit(l-EOD) sabiex jagħmlu l-istħarriġ tagħhom. Issejħet ukoll ambulanza bħala prekawzjoni.

It-toroq tal-madwar, fosthom Triq Stiefnu Zerafa, kienu magħluqa għat-traffiku.