Għexieren ta’ persuni fuq il-midja soċjali esprimew is-sogħba tagħhom għall-mewt għall-għarrieda tal-leġġenda tal-waterpolo ta’ Sliema A.S.C, Alex Tonna.
B’Tonna bejn il-lasti bħala goalkeeper, Sliema kellhom snin glorjużi fis-snin 70 u 80 b’diversi unuri mirbuħa, fosthom il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kif ukoll in-Knockout tat-Trophy.
Fost oħrajn, Tonna kien parti mill-iskwadra tal-1976 li għaqdet sensiela konsekuttiva ta’ logħob bla megħluba.
Sfortunatament Alex fl-aħħar jiem kellu jiddaħħal l-isptar għal diversi drabi wara li nstab li qed isofri minn fibrożi fil-pulmun. Dan bil-konsegwenza li l-kuntatt tiegħu ma’ persuni oħra kienet tpoġġih f’riskju ta’ infezzjoni fatali.
Iżda minkejja dan, anke meta hu kien għaddej mit-tbatija, Alex spikka għaliex kien iktar moħħu ffukat li ħaddieħor ma jbatix. Tant hu hekk li f’messaġġ li kiteb iktar kmieni dan ix-xahar, hu awgura lil ħaddieħor: “Nirringrazzja lil kulħadd. Kunu żguri li inthom għal dejjem fi ħsibijieti. Ħudu ħsieb ħbieb, għax fl-aħħar mill-aħħar dak hu li vera jgħodd.”
Net News joffri l-kondoljanzi lill-familja u l-għeżież ta’ Alex.
//= $special ?>