Raġel Kroat ta’ 32 sena mill-Ħamrun, iddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li dalgħodu għall-ħabta tat-3 waqa’ bil-mutur tiegħu fi Triq Nazzjonali l-Ħamrun.
Għal xi raġuni l-Kroat tilef il-kontroll tal-mutur dan bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq l-isptar Mater Dei għal iktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>

