Tħabbret il-mewt ta’ Charles Brincat fl-età ta’ 83 sena, meqjus bħala wieħed mill-aqwa difensuri ta’ Floriana fit-tieni nofs tas-snin ħamsin. L-aqwa staġun ta’ Brincat ma’ Floriana kien fl-istaġun 1957/58 meta f’dak l-istaġun Floriana rebħu t-Triple Crown. Hu rebaħ il-Johnny Walker Cup bħala rebbieħa tal-kampjonat, l-FA Trophy u l-Cassar Cup.
Fl-istess staġun, fil-25 ta’ Jannar tal-1958, Brincat għamel id-debutt mat-tim nazzjonali Malti fit-tieni partita internazzjonali kontra d-Danimarka, logħba li t-tim Malti rebaħ 3-0. It-tieni u l-aħħar dehra tiegħu ma’ Malta kienet fil-15 ta’ Marzu tal-1958 fid-draw ta’ 1-1 kontra t-tim ta’ taħt it-23 sena tal-Italja.
//= $special ?>