Hekk kif baqa’ ftit sigħat għat-tmiem ta’ din is-sena, ħafna jkunu qed jippjanaw u jaraw b’liema mod l-aħjar li jilqgħu l-bidu ta’ sena ġdida. L-istabilimenti lokali kollha jkunu ilhom jirriklamaw u jippreparaw għal dan il-lejl, kunsidrat minn ħafna bħala l-itwal lejl tas-sena.
Ħafna jsostnu li l-għażla ta’ fejn wieħed se jiċċelebra ssir flimkien mal-familjari u l-ħbieb, għax għalkemm huwa veru li l-atmosfera tgħin, xorta jibqa’ l-fatt li l-kumpanija hija l-qofol ta’ kollox.
Hekk kif f’pajjiżi barranin, hija popolari ħafna ċ-ċelebrazzjoni tal-massa, jiġifieri fil-pjazez ewlenin, f’Malta għadhom popolari ukoll iċ-ċelebrazzjonijiet fil-familji, f’residenzi privati u f’postijiet pubbliċi.
F’dawn l-aħħar jiem Net News staqsa lin-nies kif beħsiebhom iqattgħu l-aħħar jum tas-sena u l-ewwel jum tas-sena l-ġdida.
Nawguraw li dawn il-jiem tal-festi jkunu okkażjoni fejn nies jiltaqgħu flimkien f’atmosfera ta’ għaqda u nappellaw bħal dejjem għal prudenza ħalli jkunu evitati inċidenti.
//= $special ?>