Internazzjonali

Żbark ieħor ta’ immigranti fir-Renju Unit

Kien hemm żbark ieħor ta’ immigranti illegali tul il-kosta tar-Renju Unit. Dan hekk kif sitt Iranjani kienu miżmuma mill-uffiċjali Ingliżi hekk kif niżlu fuq bajja f’Kingsdown, Kent, b’dingi.

L-awtoritajiet Ingliżi jinsabu fuq allert wara li f’dawn l-aħħar ġranet kien hemm diversi każijiet ta’ immigranti illegali diħlin fl-ibħra Ingliżi. Nhar il-Ġimgħa f’Dover kienu interċettati żewġ laneċ bi 12-il raġel mis-Sirja u l-Iran abbord u f’Jum il-Milied kienu interċettati 40 immigrant.