Birkirkara urew l-intenzjonijiet tagħhom li se jkunu attivi fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar meta ħabbru l-akkwist tal-eks plejer internazzjonali tal-Bożnija Muamer Svraka li ffirma kuntratt sa tmiem l-istaġun.
Svraka li għandu 30 sena hu midfielder versatili li se jkun qed jagħti aktar għażliet lil kowċ Paul Zammit biex jibdel minn sistema għal oħra. Hu lagħab mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu bejn l-2011 u l-2013 fejn lagħab sitt logħbiet u skorja darbtejn.
L-aħħar klabb li lagħab miegħu Svraka kien FC Levadia Tallin tal-Estonja. Hu lagħab magħhom 33 logħba u skorja 13-il gowl. Minbarra li lagħab f’pajjiżu, fil-passat Svraka lagħab fl-Iran, fil-Kroazja, fl-Indoneżja.
Intant Birkirkara ħabbru li laħqu ftehim mal-plejer Niġerjan Uchenna Calistus Umeh biex jitterminaw il-kuntratt tiegħu b’effett immedjat. B’hekk spiċċat l-esperjenza qasira ta’ Umeh li kien ingħaqad mal-Karkariżi f’dan is-sajf wara tliet staġuni ma’ Valletta.
//= $special ?>