Lokali

Grupp ta’ 180 immigrant jiddaħħal f’pajjiżna

Kmieni dalgħodu, il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw grupp ieħor ta’ immigranti, f’żewġ ħidmiet differenti.

Permezz tal-patrol boat P61 ġew salvati 28 immigrant minn fuq dinghy madwar 71 kilometru ‘l barra minn Malta, waqt li grupp ieħor ta’ 152 immigranti oħra ġew salvati minn fuq dgħajsa tal-injam.

Iż-żewġ grupp ddaħħlu f’Hay Wharf iktar kmieni wara nofsinhar.

Din il-wasla ssegwi dik li saret ilbieraħ, meta 69 immigrant iddaħħlu għall-ħabta tas-6 ta’ filgħaxija abbord il-patrol boat P51 f’Xatt it-Tiben, il-Furjana.

AĠĠORNATA: Jiddaħħlu Malta madwar 70 immigrant