Pep Guardiola qal li l-injury ta’ Kevin De Bruyne mhix serja iżda qal li probabbli ma jkunx tajjeb biżżejjed biex il-Belġjan ma jkunx preżenti fil-logħba importanti li Manchester City għandhom kontra l-leaders Liverpool il-Ħamis.
Il-midfielder ma lagħbx fir-rebħa li Manchester City kellhom kontra Southampton. B’seba’ punti bejn iż-żewġ timijiet, Manchester City jittamaw li De Bruyne jkun involut f’din il-logħba li tista’ tiftaħ tamiet ġodda għar-rebħ tal-kampjonat.
Guardiola qal li l-injury muskolari ta’ De Bruyne mhix sorpriża għaliex qal li l-Belġjan kien irritorna wara nuqqas ta’ sitt ġimgħat minħabba li kien weġġa’ l-ligament tal-irkoppa. “Ma nafx kif inhu. Illum ma kienx kapaċi jilgħab, imma mhix kwistjoni kbira. Hi normali għal dan li jseħħ meta tkun ilek imweġġa’ u tirritorna f’perjodu impenjattiv.
De Bruyne lagħab sitt logħbiet fil-Premier League dan l-istaġun u skorja gowl biss fit-telfa ta’ 3-2 kontra Crystal Palace.
//= $special ?>