Il-Gvern Laburista qata’ qalbu li l-pakkett li jmiss ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea jkun aħjar, u mhux agħar, mill-pakkett li rnexxielu jikseb għal pajjiżna il-Gvern Nazzjonalista fis-sena 2013.
F’intervista, is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia ddikjara li jaf diġà li se jkun hemm pakkett li mhux se jkun tajjeb daqs il-pakkett li kien inġieb lejn pajjiżna fl-2013.
Aaron Farrugia qal li meta jmur fuq programmi tax-xandir, il-mistoqsija li dejjem issirlu hi jekk hux se jġib l-istess pakkett finanzjarju li rnexxielu jġib il-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Dahru mal-ħajt għal bosta mistoqsijiet Farrugia ġġustifika billi qal li mhux Malta biss se jkollha tnaqqis fil-fondi.
Skont il-pjanijiet tal-Kummissjoni Ewropea, Malta se tirċievi madwar €673 miljun f’fondi ta’ koeżjoni, jiġifieri finanzjament dirett ewlieni li Malta tirċievi għall-perjodu bejn l-2021 u l-2027.
Madankollu, iċ-ċifra proposta x’aktarx tkun eqreb għal €597 miljun. It-tnaqqis ta’ €179 miljun ikun ifisser tnaqqis ta’ madwar 24 fil-mija fil-finanzjament għal Malta.
Intant dahru mal-ħajt għal dawn il-mistoqsijiet Farrugia ġġustifika billi qal li mhux Malta biss se jkollha tnaqqis fil-fondi.
//= $special ?>