Sport Sport Ieħor

Maria Sharapova tavvanza għat-tieni rawnd tal-Open ta’ Shenzhen

L-eks numru wieħed tad-dinja Maria Sharapova eliminat lil Timea Bacsinszky fi straight sets biex għaddiet għat-tieni rawnd tal-Open ta’ Shenzhen. Ir-Russa rkuprat minn 2-0 minn taħt meta rebħet tliet darbiet is-service tal-avversarja biex għalqet l-ewwel set 6-2 fi 33 minuta.

Fit-tieni set it-tnejn batew fis-service, b’Bacsinszky tisforza tie-break li Sharapova rebħet xorta 7-6. Ir-Russa taffronta liċ-Ċiniża Wang Xinyu wara li t-tennista ta’ 17-il sena għelbet liċ-Ċiniża Xun Fang Ying 7-6, 6-4.

Is-sid numru 13 tad-dinja Aryna Sabalenka kellha titħabat biex rebħet 3-6, 6-3, 6-1 kontra l-Ġermaniża Tatjana Maria. Iżda s-sid numru tnejn fit-tournament Caroline Garcia kienet eliminat minn Ivana Jorovic 6-4, 6-2.

Iċ-Ċeka Karolina Pliskova dawret telfa f’rebħa biex għelbe lil Yulian Putintseva 4-6, 6-3, 6-4. Is-sid numru sitta Kiki Bertens ukoll kellha bżonn tliet sets biex eliminat lil Elise Mertens 6-2, 6-7, 6-4.