Sport Sport Ieħor

Roger Federer jibda t-Tazza Hopman b’rebħa

(Ritratt; EPA)

Is-sid numru tlieta Roger Federer assigura bidu pożittiv għat-tim Żvizzeru fit-Tazza Hopman b’rebħa faċli fuq il-Britanniku Cameron Norrie 6-1, 6-1. Federer qed jipprepara biex jiddefendi l-Open tal-Awstralja li rebaħ din is-sena. Hu għalaq l-ewwel set wara 31 minuta bi 18-il winner u erba’ aces. Norrie li kien rebaħ kontra l-Grieg Stefanos Tsitsipas is-Sibt, naqas li jlaħħaq mar-ritmu ta’ Federer, hekk kif it-tim tal-Iżvizzera mar 1-0 minn fuq.

Is-sieħba fit-tim ta’ Federer Belinda Bencic għelbet lil Katie Boulter 6-2, 7-6 biex assigurat ir-rebħa tal-Iżvizzera. Federer li għandu 37 sena, rebaħ l-aħħar żewġ titli wara li ħa sehem f’tournament bħal dan f’Perth. “Dan kien bidu tajjeb iżda ovvjament fadal triq twila f’Melbourne. Hi ħaġa sabiħa għaliex qed inħossni tajjeb kif jien u lagħbt logħba tajba kontra Cameron,” qal Federer.

Il-finalisti tas-sena l-oħra l-Ġermanja għamlu ritorn tajjeb meta Alexander Zverev u Angelique Kerber kisbu rebħiet missielta fil-logħba individwali. Zverev rebaħ kontra l-veteran Spanjol David Ferrer 6-4, 4-6, 7-6 hekk kif għamel tmien aces u 39 winner biex patta għat-total ta’ 45 unforced errors li għamel. Is-sid numru tnejn Kerber għelbet lil Garbine Muguruza 6-2, 3-6, 6-3 biex waqqfet is-serje ta’ ħames telfiet konsekuttivi kontra d-darbtejn rebbieħa ta’ Grand Slam.

Tags