Matul l-2019 pajjiżna se jesperjenza kunċett ġdid ta’ ħanut li l-qligħ kollu tiegħu jmur għal Puttinu Cares bl-iskop li din l-għaqda mhux governattiva jkollha introjtu regolari garantit.
Dan hekk kif f’dawn il-ġimgħat għaddejjin diskussjonijiet biex it-tmexxija ta’ The Convenience Shop tiftaħ ħanut ieħor, li l-qligħ kollu minnu se jmur għal dan l-għan nobbli.
L-idea hi li l-profitt kollu li l-grupp jirreġistra mill-bejgħ tal-prodotti ta’ dan il-ħanut, imur b’risq il-ħidma ta’ Puttinu Cares.
Fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet bejn id-Diretturi ta’ The Convenience Shop, Puttinu Cares kif ukoll il-Gvern Malti bl-iskop li jiġu konklużi d-dettalji għal dan il-proġett.
Bħala medja, hu kkalkulat li kull xahar mat-tletin pazjent żagħżugħ ikollu bżonn iħalli pajjiżna għal dijanjosi jew kura speċjalizzata fir-Renju Unit … żjarat li huma possibbli grazzi wkoll għall-appoġġ u sostenn, inkluż finanzjarju, ta’ Puttinu Cares.
//= $special ?>
