Futbol Sport

Unai Emery immultat mill-FA Ingliża

(Ritratt: EPA)

Unai Emery ġie mmultat kważi €9,000 mill-FA Ingliża wara li ammetta li ma ġabx ruħu kif xieraq fil-logħba ta’ Arsenal kontra Brighton wara li xxuttja flixkun lejn partitarju. Hu kien akkużat dwar l-inċident li seħħ fis-26 ta’ Diċembru kontra Brighton u ma kienx inkluż fir-rapport tar-referee.

Emery talab apoloġija immedjatament lill-partitarju wara li ra li l-flixkun mar fin-naħa tal-partitarji u sussegwentament talab apoloġija fil-konferenza stampa qabel il-logħba kontra Liverpool il-ġimgħa d-dieħla. Unai Emery qal wara l-logħba li kien qed jittama li l-apoloġija ttemm il-kwisjoni iżda żied li kien se jirrispetta kull deċiżjoni meħuda mill-FA Ingliża.

Fl-2016, Josè Mourinho kien sospiż logħba u mmultat kważi €18,000 minħabba li kien ixxuttja flixkun b’reazzjoni li Paul Pogba ntwera karta safra għal simulazzjoni kontra West Ham.