Tkompli l-attivita’ siżmika fl-Etna hekk kif kmieni dalgħodu fi Sqallija inħassu żewġ theżżiżiet oħrajn, li t-tnejn kejjlu saħħa ta’ 2.4 fuq l-Iskala Richter.
Sa issa l-ajruport ta’ Katanja għadu qed jopera b’mod normali, għalkemm minn ħin għal ħin qed jingħataw aġġornamenti importanti dwar din l-attivita’ vulkanika fl-Etna. Anke għaliex fiz-zona hemm diversi turisti, inkluż Maltin, illi bħal kull sena iddeċiedew li jibdew is-sena l-ġdida fi Sqallija.
L-aktar theżżiża riċenti nħassew fis-6am.
//= $special ?>