Internazzjonali

AĠĠORNATA: Attakk f’Manchester fil-lejl tal-Ewwel tas-Sena

Xeni tal-biża' f'Victoria Station

Raġel ġie arrestat fil-lejl tal-ewwel tas-sena wara attakk b’sikkina fi stazzjon tal-ferrovija f’Manchester.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9pm, bl-ewwel rapporti jindikaw li l-persuni feruti gravi kienu tlieta. Wieħed minn dawk li weġġgħu kien uffiċjal tal-British Transport Police.

Wara l-attakk, Victoria Station inżammet magħluqa.

Sorsi qed jindikaw li l-aggressur uża sikkina tal-kċina sabiex attakka lin-nies li kienu fuq waħda mill-platforms tal-istazzjon.

Manchester hi waħda mill-ibliet Ingliżi l-aktar popolari għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ tmiem is-sena, b’eluf ikunu qed joħonqu ċ-ċentru sabiex jiċċelebraw mat-tokki ta’ nofs il-lejl.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.