Lokali

FILMAT: Il-messaġġ tal-Kap tal-PN Adrian Delia għas-sena l-ġdida

Il-messaġġ jixxandar illejla fuq Net TV wara l-aħbarijiet

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, kif għamel fil-messaġġ tiegħu għall-Milied, anke fil-messaġġ tal-Ewwel tas-Sena, ftakar f’min matul din is-sena ma għaddiex minn żmien faċli.

Hu għamel dan fl-istess waqt li tenna l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista, dak li pajjiżna għandu jkollu soċjetà li jimpurtaha.

Fid-dawl ta’ dan, Adrian Delia fakkar li l-Partit Nazzjonalista diġa’ beda jaħdem biex pajjiżna jkun lest għal dawn l-isfidi li qed jaffaċċaw persuni f’pajjiżna, liema sfidi naffrontawhom b’fiduċja.