L-iskwadri tas-salvataġġ fil-belt ta’ Magnitogorsk sabu tifel ta’ 11-il xahar ħaj fost it-tifrik ta’ blokk ta’ appartamenti li nqered fi splużjoni x’aktarx ikkaġunata minn leak tal-gass.
It-tifel jinsab għaddej mill-eżamijiet mediċi fl-isptar u s-sitwazzjoni taċ-ċkejken qed tkun imfissra bħala ‘kritika’. It-temperaturi fil-belt ta’ Magnitogorsk huma madwar is-17 il grad taħt iz-zero matul il-ġurnata u r-rapporti qalu li l-omm tat-tarbija wkoll salvat mill-isplużjoni li swiet il-ħajja ta’ tmien persuni.
Iċ-ċifra tal-mewt mistennija titla meta fadal xi 40 persuna rappurtati nieqsa fl-inħawi tal-isplużjoni
//= $special ?>

