Internazzjonali

Van isuq għal ġon-nies f’Tokyo

Waqt li f’Tokyo fil-Ġappun kien qed ikun iċċelebrat l-ewwel jum tas-sena, van saq għal ġon-nies f’waħda mill-aktar toroq popolari f’din il-belt Ġappuniża. Fil-ħin tal-inċident it-triq kienet mimlija bin-nies sejrin għat-talb tal-ewwel tas-sena. Ir-raġel li kien qed isuq il-van ħarab minn fuq il-post, bil-pulizija jarrestawh ftit tal-ħin wara.

Skont l-aħħar rapporti, disa’ persuni weġġgħu f’dan l-inċident li qed ikun deskritt mill-pulizija bħala attakk ta’ protesta. Dan wara li s-sewwieq ta’ 21 sena ammetta mal-pulizija li għamel dan bħala protesta kontra l-piena kapitali.

Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li fil-van instab tank mimli petrol li jindika li s-sewwieq kellu l-intenzjoni li jaħraq il-vettura.