Matul din is-sena j’alla nifhmu aktar il-messaġġ fit-talba tal-Missierna, talba li tiġbor fiha l-punti kollha neċessarji biex ngħixu f’armonija ma’ Alla u ma’ xulxin. Dan kien il-qofol tal-omelija li l-Arċisqof Charles J. Scicluna għamel waqt il-quddiesa li tat bidu għal maratona ġbir ta’ fondi Festa ta’ Ġenerożita’ li qed tittella’ llum fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.
Mons. Arċisqof qal li fil-bidu ta’ sena ġdida m’għandniex nibżgħu nduru lejn Ġesu’ u nammettu li għandna bżonnu. L-Arċisqof qal li l-avvanzi kbar li għamlet is-soċjeta’ f’kull qasam għandna narawhom bħala barkiet u nużawhom tajjeb, pero’ għandna nagħtu post ukoll lil Alla ħalli jiggwidana u jgħinna fid-deċiżjonijiet li nieħdu.
Dwar l-attivita’ tal-lum fid-Dar tal-Providenza, l-Arċisqof qal li jawgura li l-ġenerożita’ tal-poplu Malti terġa’ tkun ikkonfermata, pero’ mhux mil-lat ta’ flus biss. Hu appella biex kulħadd jirrispetta u jiddefendi d-drittijiet tal-persuni b’diżabilita’ filwaqt li tkun apprezzatha l-ħidma li ssir minn professjonisti u voluntiera f’dan il-qasam.
//= $special ?>