Kurżitajiet Lokali Saħħa

Seba’ trabi ġodda għas-sena l-ġdida 2019

Tarbija minn sebgħa titwieled f'Għawdex

Is-sena l-ġdida ġabet magħha t-twelid ta’ ammont sabiħ ta’ trabi mwielda fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Sa minn ftit wara t-tokki ta’ nofsillejl twieldu b’kollox seba’ trabi: erba’ subien u tlett ibniet. Sitta minnhom twieldu fl-Isptar Mater Dei, filwaqt li tifla minnhom twieldet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

L-ewwel tarbija għall-2019 kienet tifla, li twieldet fl-Isptar Mater Dei f’12.20am. L-ewwel tifel twieled għall-ħabta tas-1.40am.

Min-naħa l-oħra, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, iċ-ċkejkna Riana – bint Mary Jane u Edmond Saliba – kienet l-ewwel tarbija għal din is-sena. Hi twieldet għall-ħabta tas-1.40pm.

Sa x’ħin ġbarna l-informazzjoni, l-aħħar tarbija f’Malta kienet twieldet għall-ħabta tal-3.40pm, filwaqt li kelliema għas-Sala tal-Maternità fl-Isptar Mater Dei qalet li mistennija jitwieldu tliet trabi oħra sa tmiem il-ġurnata.