Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm irringrazzja lil mijiet li marru jagħtu d-demm tul iż-żmien tal-festi tal-Milied. Madankollu l-bank tad-demm fakkar li l-bżonn regolari ta’ 50 trasfużjoni tad-demm kuljum jippersisti.
Fil-messaġġ mibgħut lill-istazzjonijiet lokali, il-bank tad-demm qed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jibda s-sena billi jagħti d-demm. Ġie mfakkar li issa l-ħidma fl-isptarijiet u l-operazzjonijet suppost jissoktaw.
Wieħed jista’ jagħmel dan minn dawn il-postijiet:
Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8:00am sas-6:00pm, l-aħħar dħul ikun fis-6:00pm.
Intant fil-Berġa tas-Saħħa tax-Xewkija f’Għawdex li nhar il-Ħadd 6 ta’ Jannar se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00 ta’ waranofsinhar l-aħħar dħul ikun fis-1:00pm.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-demm fakkar li huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.
//= $special ?>