Lokali

Issofri ġrieħi gravi wara li ġiet attakkata f’San Pawl il-Baħar

Ukrena ta’ 35 sena qed issofi ġrieħi gravi wara li ġiet attakata fil-ħanut tagħha li jinsab San Pawl il-Baħar. Il-pulizija qalu lil NetNews li l-mara tispeċċjalizza fi trattamenti tas-sbuħija u spiċċat l-isptar wara li allegatament għall-ħabta tal-10.20am ġiet aggredita mill-ġara tagħha, fi Triq it-Tamar.

Il-mara għall-ewwel ittieħdet ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, iżda ftit tal-ħin wara ttieħdet l-isptar Mater Dei biex tirċievi aktar kura.

Intant f’messaġġ fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, Anastasiya Rallo skużat ruħha mal-klijenti li sabu l-ħanut magħluq dalgħodu waqt li hija kienet qed tingħata l-kura l-isptar.

L-Ukrena ppubblikat ritratt fejn tidher b’wiċċha miksi kollu demm u b’daqqa fonda fuq ġbinha.

Dwar il-każ il-pulizija qed tkellem mara Maltija filwaqt li qalu lil NetNews li qed ikomplu jinvestigaw.