Raġel li ta xebgħa lil ieħor f’Paceville tant li kisirlu mnieħru, spiċċa l-ħabs b’sentenza ta’ sitt xhur priġunerija. Ma’ dawn jiżdiedu wkoll sentejn li kienu sospiżi f’każ preċedenti.
Sakariye Abdiragman Hassan, Somalu ta’ 23 sena, kien akkużat li attakka lil raġel ieħor fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan, fit-tmienja u nofs ta’ jum l-Ewwel tas-Sena filgħodu.
Il-vittma, li kien xurban, instab mitluf minn sensieh u bi ġrieħi f’wiċċu wara waqa’ u ħabat rasu waqt argument mal-akkużat. Fil-Qorti, is-Somalu ammetta l-akkużi u nstab ħati wkoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza preċedenti.
//= $special ?>