Lokali

Kull membru tal-Kilimanjaro Challenge Malta jagħmilha sal-quċċata

Il-membri kollha tal-Kilimanjaro Challenge Malta, 20 minn 20, irnexxielhom jaslu sal-quċċata tal-ogħla muntanja fl-Afrika, b’għoli ta’ 5,895 metru.

L-isfida ta’ din is-sena saret sabiex jiġbru fondi biex jgħinu lil komunità Etjopjana, b ix-xewqa li bil-fondi miġbura jitkompla proġett tal-bini ta’ ċentru għat-tfal b’diżabilità f’Bonga. Proġett li kien beda Fr Grima qabel miet fl-2017 u li b’kollox se jkun sewa €1.2 miljun, jonqos jinġabru €90,000.

Din hi t-12-il darba li grupp Maltin daħlu għal din l-isfida u tul il-11-il edizzjoni ta’ qabel inġabru ‘l fuq minn €720,000 li marru għat-twettiq ta’ għaxar proġetti fl-Etjopja u l-Kenja.