Analiżi minn xjentisti Taljani ta’ ritratti bis-satelliti li għaddew minn fuq l-vulkan Etna qabel u wara l-iżbroff tal-24 ta’ Diċembru tal-2018, sabu li l-parti tal-Lvant tal-vulkan iċċaqalqet b’50 ċentimentru.
L-iżbroff kien wassal għal terremot tal-qawwa ta’ 4.8 fuq l-Iskala Richter fis-26 ta’ Diċembru bl-epiċentru jkun madwar l-irħula Viagrande, Trecastagni u Fleri.
Sadattant fi żvilupp mhux marbut imma dejjem fl-Italja, matul il-lejl tal-Ewwel tas-Sena kien irreġistrat terremot pjuttost qawwi, imma li ma ħalliex vittmi. Dan kien f’L’Aquila – iz-zona li fl-2009 kienet intlaqtet minn terrmeot fatali.
It-theżżiża li seħħet fil-lejl tal-Ewwel tas-Sena kellha qawwa ta’ 4.1 fuq l-Iskala Richter u seħħet 54 kilometru ’l barra mill-belt ta’ L’Aquila – theżżiża li nħasset fost l-oħrajn fil-kapitali, Ruma. Minkejja li kienet theżżiża pjuttost b’saħħitha ma kien hemm ebda rapporti ta’ ħsara jew vittmi… għalkemm ħafna kienu dawk li qattgħu l-lejl fit-toroq.
//= $special ?>

