Marlon Caruana fuq Mercedes rebaħ il-25 edizzjoni tad-Demolition Derby li saret fl-aħħar jiem. Hu rebaħ din it-tiġrija mistennija wara li għeleb lil Larkin Butler fuq Holden hekk kif dawn it-tnejn spiċċaw l-aħħar żewġ karozzi.
Huma għamlu madwar 10 minuti jissieltu kontra xulxin u bdew jaraw min se jagħti d-daqqa finali li jwassal biex l-avversarju jieqaf. Ftit sekondi qabel it-tmiem, daqqa wiċċ ma’ wiċċ ħalliet lil Larkin Butler bil-magna taħdem iżda ma tistax timxi u b’hekk kellu jirtira.
Id-Demolition Derby bdiet fil-ħin b’25 karozza mit-30 karozza reġistrata rnexxielhom jibdew. Din l-edizzjoni li għal sena oħra kellha attendenza tajba, b’nofs is-sewwieqa jkunu ġodda kif ukoll kien fiha aktar karozzi moderni qabel ma jintremew bħala scrap metal. Fosthom spikkaw il-karozzi Mercedes E Class misjuqa minn Leo Butler u karozzi Mercedes 123, Holden u Ford Consul li kienu antiki iżda b’saħħithom.

Din is-sena spikkat ukoll il-parteċipazzjoni tal-Korp tal-Pulizija fejn il-garaxx tal-istess korp flimkien mas-sezzjoni li tieħu ħsieb l-isport, ħadu l-inizjattiva biex jipparteċipaw f’din l-attività.
Il-kompetituri tad-Demolition Derby kienu Etienne Piscopo (Lada Van), Daniel Gauci Borda (Hyundai Estate), Clayton Camilleri (Hyundai Stellar), Brian Mascari (Lada Van), Frank Butler (Volvo), Clayton Gravina (Hyundai Stellar), Herman Xuereb (BMW), Charlie Falzon (Daewaoo Racer), John Micallef (Hyundai Pony), Isaac Vella (Ford Escort), Massimo Versace (Hyundai Stellar), Philip Mangion (Lada Van), Marlon Caruana (Mercedes 123), Joshua Bowell (Lada Van), Andre Cassar (Mercedes 123), Omar Fouad Tayel (Hyundai Accent), Larkin Butler (Holden), Leo Butler (Mercedes E Class), Daimler Micallef (Toyota Corolla), Etienne Galea (Dastun Van), Joshua Peplow (Kia Mentor), Karl Mizzi (Ford Consul), Jurgen Gatt (Volvo), Michael Delia (Lada Van), Roderick Schembri (Peugeot 405).
Intant l-ASMK ħabbret id-dati tal-kampjonat tal-ASMK għal din is-sena li jinsabu fis-sit elettroniku. Fost l-attivitajiet se jkun hem erba’ Demolitions kif ukoll se tkun organizzata d-Demolition bis-sewwieqa nisa biss għall-ewwel darba.
//= $special ?>