Michael van Gerwen għeleb lil Michael Smith 7-3 fil-finali li saret f’Alexandra Palace biex rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja għat-tielet darba. Van Gerwen irnexxielu jassorbi l-pressjoni ta’ Smith li falla doppji li spiċċaw biex kienu determinanti hekk kif l-Olandiż għamel medja ta’ 102.21 biex rebaħ it-tielet unur fl-aħħar sitt snin.
Smith falla 28 darts irdoppjati u b’mod kruċjali f’set-point f’ħamsa mill-aħħar sitt sets hekk kif naqas li jipproduċi l-aqwa tiegħu li wasslet biex għadda għall-ewwel finali tiegħu f’Kampjonat tad-Dinja.
Minflok, kien Van Gerwen li kiseb l-ogħla unur fl-isport tad-darts u minbarra t-trofew rebaħ ukoll nofs miljun sterlina. Minn meta sar l-ewwel Kampjonat tad-Dinja fl-1973, kienu biss sitt irġiel u tliet nisa li kisbu tal-anqas tliet titli mondjali u b’hekk van Gerwen sar l-10 plejer li kiseb dan is-suċċess.
//= $special ?>