Futbol Sport

Possibbiltà li Jermain Defoe jħalli lil Bournemouth

(Ritratt: Premier League)

Rapporti fil-media Ingliża qed jgħidu li l-attakkant Jermain Defoe se jitħalla jitlaq lil Bournemouth. Il-manager tal-klabb Eddie Howe ammetta li kien diffiċli biex il-veteran jilgħab b’mod regolari, minkejja li kien impressjonat bil-professjonaliżmu tal-plejer.

L-attakkant ta’ 36 sena lagħab erba’ logħbiet bħala sostitut fil-Premier League bl-uniċi drabi li beda mill-bidu kien fil-League Cup. Jidher li hemm diversi klabbs mill-Premier League u ċ-Championship interessati fih. Hu għamel id-debutt ma’ tim tal-kbar lura f’Ottubru tas-sena 2000 ma’ West Ham u minbarra li reġa’ lagħab magħhom, Defoe lagħab ukoll fil-Premier League ma’ Tottenham, Portsmouth u Sunderland.

Tags