Raġel ta’ 52 sena residenti l-Belt Valletta sofra minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari, irriżulta li r-raġel ta’ 52 sena, safa’ ferut wara li għal xi raġuni waqa’ madwar sular għoli minn fuq scaffolding waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq ġewwa ta’ każin.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>