Lokali

Appell mill-Isqfijiet Maltin lill-Isqfijiet Ewropej dwar l-immigranti

L-Isqfijiet Maltin bagħtu ittra lis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-Isqfijiet tal-Unjoni Ewropea jesprimu t-tħassib tagħhom dwar is-sitwazzjoni tad-49 immigrant li jinsabu fuq il-bastimenti Sea Watch u Sea Eye f’nofs ta’ baħar. Fl-ittra l-isqfijiet esprimew id-dispjaċir tagħhom kif f’dawn il-jiem fejn għadu kif kien iċċelebrat it-twelid ta’ Ġesu’, grupp ta’ persuni jinsabu mitlufa f’nofs ta’ baħar, rifjutati minn kulħadd.

L-isqfijiet Maltin semmew li wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni d-daqs u s-sitwazzjoni ta’ Malta u hu għalhekk li qed jirrikorru lejn l-isqfijiet Ewropej biex huma ukoll jagħmlu pressjoni fuq il-gvernijiet tagħhom. Huma temmew l-istqarrija li l-Insara madwar l-Ewropa m’għandhom qatt jieqfu milli jitolbu ħalli l-immigranti jgħixu huma ukoll b’dinjita’.