Nhar il-Ħadd li ġej, festa tal-Epifanija, erba’ seminaristi fil-ħames sena ta’ preparazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof ser jitolbu biex ikunu aċċettati uffiċjalment bħala kandidati għall-Ordinazzjoni Djakonali u Saċerdotali.
Din iċ-ċelebrazzjoni ser issir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Ħadd fid-disgħa u kwart ta’ filgħodu u se titmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. L-erba’ seminaristi huma Roderick Baldacchino u Jean Claude Schembri mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina ż-Żejtun, Joshua Cortis mill-Parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun u Tony Pace mill-Parroċċa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl Ħal Safi.
Stqarrija maħruġa mill-Kurja tappella lill-komunita’ nisranija f’Malta biex titlob għal dawn l-erba’ kandidati għas-saċerdozju u għal aktar vokazzjonijiet.
//= $special ?>