Lokali

RITRATTI: Karozza tinqaleb fin-Naxxar

Inċident li seħħ għall-ħabta ta' 12pm qrib it-Trade Fair.

Anzjana ta’ 65 sena u tifel ta’ 5 snin, li t-tnejn joqgħodu n-Naxxar ittieħdu l-isptar għall-aktar osservazzjoni wara li l-karozza tagħha tat-tip Mercedes inqelbet wara ħabta ma’ vettura tat-tip Peugeot. Din il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 40 sena, li joqgħod ukoll in-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq San Pawl in-Naxxar. Jidher li b’kawża tal-impatt il-karozza ħadet il-bankina u nqalbet.

Net News hu infurmat li t-tifel u kemm l-anzjana sofrew biss minn xokk qawwi.

Fil-post issejħu l-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.