Hemm misteru dwar x’seħħ minn Jo Song-gil, li sa ftit ilu kien l-Ambaxxatur tal-Korea ta’ Fuq għall-Italja u Malta. Kien hemm rapporti fil-midja tal-Korea t’Isfel li hu talab għal kenn politiku f’Ruma flimkien mal-familja tiegħu. Imma l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Taljan qal li ma kienet saret ebda talba ta’ kenn
Jo kien inħatar wara li l-ambaxxatur l-ieħor kien tkeċċa bi protesta għall-splużjonijiet nukleari li kien għamel ir-reġim ta’ Pyongyang.
Rapporti fil-midja tal-Korea t’Isfel qalu li l-każ seħħ fil-bidu tax-xahar li għadda, imma nżamm mistur mill-awtoritajiet Taljan.
Każ simili kien seħħ fl-2016 meta kien talab kenn politiku l-ambaxxatur Korejan f’Londra.
//= $special ?>