L-Olanda ħabbret li se tkun qed taċċetta l-immigranti li hemm abbord il-bastiment Sea Watch wara li dawn qattgħu l-festi bejn sema u ilma, ‘il barra minn Malta.
Il-każ jidher li ġie riżolt fl-aħħar 24 siegħa wara li l-Gvern Olandiż intervjena direttament.
Bħalissa, il-bastiment Sea Watch jinsab f’ibħra territorjali Maltin. Is-Sea Watch ilu 13-il jum fuq il-baħar, f’kesħa tremenda u f’kundizzjonijiet ta’ baħar imqalleb. Jidher li anke l-provvisti abbord qedgħin jonqsu.
Fuq Twitter, l-ekwipaġġ qal li huma għadhom ferm ‘il bogħod mill-art u baqgħu ma ingħataw l-ebda permess biex jidħlu f’xi port għall-kenn mill-elementi estremi.
//= $special ?>Nur um das noch einmal deutlich zu machen: wir dürfen näher an der Küste fahren, mehr nicht. Wir haben keinen #PortofSafety, kein Land in Sicht für unsere Gäste und Crew. Morgen heißt es Tag 13 auf See. Zeit für eine europäische Antwort auf diese humanitäre Krise. pic.twitter.com/GbVY7hcQZf
— Sea-Watch (@seawatchcrew) January 2, 2019