Tħabbret il-mewt ta’ Dean Ford li kien il-kantant tal-grupp Skoċċiż Marmalade. Ford, li ismu proprja kien, Thomas McAleese, kellu 72 sena.
Il-grupp minn Glasgow hu magħruf l-aktar għas-suċċess fl-1969 bil-kanzunetta tal-Beatles Ob-la-di Ob-la-da. Il-grupp ħareġ għaxar diski oħra fosthom Reflections of My Life, I See the Rain u Rainbow.
Il-kanzunetta Reflections of my Life tal-Marmalade
Il-grupp kien sar l-ewwel wieħed mill-Iskozja biex ikollu diska fl-ewwel post tal-klassifika tar-Renju Unit. Imbagħad b’”Reflections of My Life” huma telgħu fil-klassifika kemm fir-Renju Unit kif ukoll fl-Istati Uniti.
Sadattant fl-Istati Uniti tħabbret il-mewt tal-kantant Amerikan Daryl Dragon tal-grupp Captain And Tennille, f’età ta’ 76 sena f’Arizona.
Dragon flimkien ma’ dik li kienet martu f’dawk iż-żminijiet Toni Tennille, kienu kisbu suċċess fis-snin sebgħajn b’diski bħal Love Will Keep Us Together, li biha kienu rebħu Grammy Record Of The Year, Muskrat Love kif ukoll Do That to Me One More Time.
Il-kanzunetta Do That To Me One More Time
//= $special ?>