Internazzjonali

Aktar theżżiżiet fi Sqallija

Għall-ħabta tal-5am, terremot li kejjel is-saħħa ta’ 3.5 fuq l-iskala Richter heżżeż il-villaġġ ta’ Ragalna fi Sqallija – villaġġ li jinsab eżatt taħt l-Etna.

Matul il-lejl kienu reġistrati wkoll seba’ theżżiżiet oħrajn. Sa issa iżda ma kienx hemm rapporti ta’ ħsarat.

Ragalna u Zafferana kienu tnejn mill-aktar żewġ villaġġi fi Sqallija li ġew affetwati mill-attivita’ vulkanika fl-Etna tul dawn l-aħħar ġranet.