Lokali Saħħa

AKTAR ŻIDIET: Piż ġdid għal min jieħu l-mediċina Eltroxin

Diversi persuni fl-aħħar jiem sabu ma wiċċhom żieda konsiderevoli fil-pilloli Eltroxin tal-100mg. Dan hekk kif dawn jidher illi żdiedu minn €1.90 għal aktar minn €2.70 u f’xi każi anke €2.78.

L-Eltroxin huma pilloli li jintużaw minn persuni, inkluż anzjani, illi jkunu qed jieħdu medikazzjoni biex jikkontrollaw it-thyroid.

Raġel li tkellem ma’ Net News qalilna li hu kull xahar ġieli juża żewġ kaxxi minn din il-mediċina, għaliex jieħu żewġ pilloli kulljum.

Għalkemm forsi għall-ewwel din tidher żieda żgħira ta’ 80 ċenteżmu fuq kull kaxxa, għal ħafna anzjani dan ifisser piż addizzjonali fuq l-ispejjes li qed ikollhom jiffaċjaw bil-ħajja li qed dejjem togħla.