Bournemouth iffirmaw lill-attakkant Dominic Solanke mingħand Liverpool għas-somma ta’ madwar €21 miljun. Il-plejer Ingliż kien qed jattira l-interess ta’ Crystal Palace fl-aħħar ġimgħat iżda ċ-Cherries irnexxielhom jiksbu l-firma tal-plejer li b’hekk iwitti t-triq għal Jermain Defoe li jingħaqad ma’ Rangers.
Solanke li ngħaqad mat-tim minn Anfield fis-sajf tas-sena l-oħra, lagħab 27 logħba fl-ewwel staġun tiegħu, iżda f’dan l-istaġun ma kienx utilizzat mill-manager Jurgen Klopp.
Hu kien ħalla lil Chelsea minħabba li ma sabx spazju fit-tim u r-raġuni prinċipali li telaq minn ma’ Liverpool hi simili hekk ma sabx spazju fl-attakk magħmul minn Roberto Firmino, Sadio Mane u Mohamed Salah, Xherdan Shaqiri, Divock Origi u Daniel Sturridge.
//= $special ?>