“L-Italja lesta tilqa’ l-immigranti li jinsabu fl-ibħra Maltin iżda li ma daħħlitx. L-Ewropa ma jimpurahiex. Ma nistgħux nibqgħu inċedu għal dan ir-rikatt.
Malta għandha tniżżel in-nisa u t-tfal minnufih minn fuq dawk iż-żewġ vapuri u tibgħathom l-Italja. Aħna nilqgħuhom. Għal darboħra aħna lesti nagħtu lezzjoni ta’ umanità lill-Ewropa kollha.”
Hekk kienet tgħid post fuq Facebook tal-Viċi Prim Ministru Taljan Luigi Di Maio ftit tal-ħin ilu wara li Malta baqgħet ma offrietx li tilqa’ id-49 immigrant li ilhom fuq żewġ vapuri f’nofs ta’ baħar 14-il jum.
Iżda ftit tal-minuti wara, ukoll fuq post f’Facebook, il-Viċi Prim Ministru l-ieħor Matteo Salvini insista li m’għandhiex tkun l-Italja li tilqa’ lill dawn l-immigranti. Hu kompla jgħid li l-Italja lesta tibgħat ikel, ħwejjeġ u mediċini, iżda mhux se tkompli ċċedi għar-rikatti.
//= $special ?>