Ġie ffirmat l-ewwel ftehim soċjali għas-sena 2019 li hu wkoll l-ewwel ftehim għall-Fondazzjoni Karl Vella li se tibbenefika minn fondi importanti.
Din il-fondazzjoni tagħti sostenn edukattiv u psikoloġiku lit-tfal ta’ familji milquta minn mard kroniku u fit-tul… u se tirċievi somma ta’ ftit aktar minn €226,000 fuq perjodu ta’ tliet snin.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, ġie mfaħħar l-impenn ta’ din l-għaqda mhux governattiva u ta’ oħrajn li jagħmlu tant ġid fil-komunità bl-għajnuna li jagħtu lit-tfal waqt il-homework fost l-oħrajn.
L-allokazzjoni finanzjarja għal ftehimiet ta’ dan it-tip se tkun ikbar, tant li n-nefqa fuq public social partnerships għal din is-sena se tiżdied b’2 miljun ewro għal 12-il miljun ewro.
//= $special ?>
