Lokali

“Għaddietli minn rasi li nirriżenja” – Is-Surġent Marlon Hili

Il-pubbliku għadu jirrispetta l-korp

“Għaddietli minn moħħi li nirriżenja”.
Kliem is-surġent Marlon Hili waqt il-programm Net Live tal-Ħamis.

Marlon Hili kien qed jiffereri għall-każ tal-kuntistabbli Simon Schembri. Hu stqarr li wara dak l-inċident xokkanti, għaddietlu minn rasu li jitlaq mill-korp.

Hu qal li d-deterrenti li hemm għal min jaggredixxi Pulizija mhumiex biżżejjed, għalkemm stqarr li minn wara dak l-inċident jidher li l-affarijiet sejrin ftit aħjar.

Iż-żewġ membri tal-korp tkellmu dwar ir-rispett minn naħa tal-pubbliku u qalu li l-mixja ta’ soliarjetà li saret is-sena li ghaddiet uriet kemm il-poplu verament għadu jirrispetta lill-korp. Huma qalu li l-attendenza qawwija għal dan il-marċ għamel ħafna kuraġġ lill-membri kollha tal-korp.

Is-Surġent Marlon Hili flimkien mas-Surġent Alex Schembri kienu mistiedna fuq il-programm Net Live wara li ħadu karigi ġodda fi ħdan l-Assocjazzjoni tal-membri tal-korp.

Is-Surġent Schembri huwa l-President il-ġdid tal-union filwaqt li s-Surġent Hili ħa l-kariga ta’ segretarju.