Sport Sport Ieħor

Il-Ġermanja fil-finali tat-Tazza Hopman kontra l-Iżvizzera

(Ritratt: EPA)

Il-Ġermanja se tilgħab fil-finali tat-Tazza Hopman kontra l-Iżvizzera wara li Angelique Kerber u Alexander Zverev it-tnejn rebħu l-logħbiet tagħhom biex ħarġu rebbieħa 2-1 fuq l-Awstralja. Ir-rebbieħa ta’ Wimbledon Kerber, rebħet it-tliet logħbiet tagħha fil-grupp kontra l-Awstralja, Spanja u Franza, b’Zverev jagħmel l-istess. Is-sid numru tnejn assigura vantaġġ bikri wara li għeleb lil Ashleigh Barty 6-4, 6-4.

Kerber li aktar kmieni għelbet lil Garbine Muguruza u Alize Cornet, kisret is-service darbtejn iżda wkoll salvat erba’ break points fit-tieni set. Zverev imbagħad għeleb lil Matt Ebden 6-4, 6-3 biex għalaq il-logħba.

L-Iżvizzera li qed jiddefendu t-titlu li rebħu s-sena l-oħra, jibqgħu favoriti hekk kif Roger Federer u Belinda Bencic jinsabu f’forma tajba. Wara r-rebħa tiegħu, Zverev qal li jittama li jagħti logħba aħjar lil Federer milli għamel is-sena l-oħra.

Zverev li għeleb lil Federer fis-semifinali tal-ATP Finals f’Novembru li għadda, qal li Kerber rebħet il-logħba tagħha s-sena l-oħra u tefa’ l-ħtija fuqu. Hu ta mertu lil Kerber li s-sena l-oħra waslu sal-finali. Fil-logħba tal-mixed doubles, l-Awstraljani rebħu 4-0, 4-3 iżda rebħa kienet inutli u b’hekk mhux se jżidu maż-żewġ titli li kisbu fit-Tazza Hopman.