Kważi waħda minn kull ħamest idjar f’pajjiżna tinsab vojta, u l-Gvern hu s-sid ta’ ħafna minn dawn il-propjetajiet. Madankollu, l-Gvern stess ma jafx x’għandu f’idejh.
Waqt il-programm Net Live, l-ekonomista Dario Cacopcardo spjega kif minbarra postijiet li jinsabu vojta għaliex huma maqbuda mill-qorti fi kwestjonijiet ta’ wirt u minbarra propjetà antika li tinsab vojta minħabba l-ispejjeż kbar biex isiru x-xogħlijiet fuqhom, hemm numru kbir ta’ djar tal-Gvern li jinsabu vojta.
Dario Cacopardo qal li fi kwalunkwe ekonomija, is-suq tal-propjetà huwa ċ-ċentru tal-ekonmija u għaldaqstant huwa importanti ħafna li l-pajjiż ikollu data aġġornata dwar il-propjetà fil-pajjiż. Fil-fatt l-aħħar data li ġabar il-Gvern dwar il-propjetà tmur lura għall-2011. Dan ifisser li f’7 snin ma sar l-ebda eżerċizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni.
L-ekonimista spjega kif għalkemm kien sar sforz biex ir-residenzi eżistenti vojta jimtlew, in-numru ta’ propjetà ġdida kiber sew u mhux magħruf jekk fil-verita’ il-bini vojt żdiedx jew naqasx.
Hu temm jgħid li riżultat tan-nuqqas ta’ ġbir ta’ informazzjoni, il-Gvern m’għandux idea xi propjetà għandu f’idejh.
Meta wieħed iqis il-problema ta’ housing li qegħda dejjem tikber f’pajjiżna, jidher li l-Gvern jinsab rieqed fuq kwestjoni li hu stess jista jsib soluzzjonijiet ghaliha.
//= $special ?>