Għawdex Lokali Mużika

Il-kantanta Pamela Bezzina tesprimi l-frustrazzjoni tagħha fuq Facebook

Il-Ministeru għal Għawdex se jħallas lill-Għawdxin biex imorru jaraw l-X Factor

“Hemm bżonn li bħala artisti u mużiċisti ningħaqdu biex niddefendu d-drittijiet tagħna”.

Kien dan il-messaġġ qawwi li għaddiet bla tlaqlieq ta’ xejn il-kantanta Għawdxija Pamela Bezzina b’reazzjoni għall-mossa tal-Ministeru għal Għawdex illi se jissussidja lill-Għawdxin li jridu jmorru jaraw is-serati tal-X Factor bi skuża li dan se jsaħħaħ is-settur artistiku u mużikali.

Pamela Bezzina insistiet illi hi diżappuntata ferm b’dak kollu li qed jiġri u stqasiet kif jista’ jkun li l-X Factor f’daqqa waħda sar “il-kultura artistika tagħna”.

“Jien dejjem ostakli kelli u ħadd ma tani flus. Allura x’se nagħmlu bil-mużiċisti ‘vera’ u dawk li qed jistinkaw biex jagħmlu isem f’pajjiżna?”, saqsiet il-kantanta Għawdxija.

Hi insistiet illi qed niżirgħu l-idea ħażina ta’ xi tfisser tkun artista, u appellat sabiex titwaqqaf organizzazzjoni b’saħħitha li taqbeż għad-drittijiet tal-kantanti u l-mużiċisti.

Magħha ingħaqad ukoll il-kantant Ludwig Galea illi qabel mal-punt li hemm bżonn union bis-sens illi tirrapreżenthom. Artisti oħrajn bħal Mro. Mark Spiteri Lucas ukoll taw l-appoġġ tagħhom għal dan il-ħsieb ta’ Pamela.